Detezzjoni tal-ispam biex inwasslulek riżultati rilevanti u affidabbli
Google tinvesti f'sistemi biex tiżgura li s-siti ma jtejbux il-pożizzjoni tagħhom fost ir-riżultati ta' Search bis-saħħa ta' mġiba qarrieqa jew manipulattiva. Dan hu partikolarment importanti għaliex is-siti ta' spam jistgħu jagħmlu ħsara lin-nies jew iqarrqu bihom.
 
                Kif Google żżommok sikur/sikura fuq Search
Is-sistemi tagħna jsibu 40 biljun paġna bi mġiba ta' spam kuljum.
Għalfejn aħna niġġieldu kontra l-ispam
Is-siti ta' spam jippruvaw jimmanipulaw biex itejbu l-pożizzjoni tagħhom fost ir-riżultati ta' Search permezz ta' varjetà ta' tekniki bħar-ripetizzjoni tal-keywords għal diversi drabi, jew il-wiri ta' kontenut ta' Google li jkun differenti minn dak li jaraw l-utenti (xi ħaġa magħrufa bħala "cloacking"). Il-hackers kultant saħansitra jidħlu f'siti leġittimi u jbiddluhom f'siti ta' spam li jistgħu jidderieġu lin-nies lejn scams jew affarijiet agħar.
Kif nissettjaw il-mira kontra l-ispam
- 
                      Detezzjoni awtomatizzata Is-sistemi awtomatizzati tagħna jistgħu jidentifikaw il-maġġoranza assoluta tal-ispam u jżommuha barra mill-aqwa riżultati ta' Search tiegħek, b'mod simili għal kif sistema tajba tal-email iżżomm l-ispam milli tifqagħlek l-inbox tiegħek. 
- 
                      Reviżjoni manwali Il-bqija tal-ispam tiġi indirizzata manwalment mit-tim tagħna ta' tneħħija tal-ispam, li jirrevedi l-paġni u jissenjalahom jekk ikunu qed jiksru l-politiki dwar l-ispam. Meta nieħdu azzjoni manwali fuq kontenut, nippruvaw navżaw lill-ħallieq biex ngħinuh jindirizza l-problemi. 
- 
                      Talbiet għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid Malli l-problema tiġi rrimedjata, ħallieq ikun jista' jissottometti l-kontenut tiegħu biex jerġa' jiġi kkunsidrat. Aħna nipproċessaw it-talbiet kollha li nirċievu għal kunsiderazzjoni mill-ġdid. 
- 
                      Komunikazzjoni mas-sidien Irridu li s-sidien tas-siti web ikollhom l-informazzjoni li jeħtieġu biex jirranġaw is-siti tagħhom kif suppost. Għalhekk, maż-żmien aħna investejna riżorsi sostanzjali fil-komunikazzjoni mal-ħallieqa. 
Ħarsien tar-riżultati ta' Search
 
                         
                         
                           
                           
                          